GO Sports se jkun miftuħ għall-abbonati kollha ma’ GO TV

Il-klijenti kollha abbonati ma’ GO TV se ikunu jistgħu jaraw il-finali tal-UEFA Champions League fuq GO Sports 2 u GO Sports HD2 is-Sibt li ġej hekk kif GO se tkun qed tiftaħ l-istazzjonijiet sportivi tagħha tul it-tmiem il-ġimgħa kollha.
Minbarra l-finali bejn Juventus u Barċellona, l-istazzjonijiet GO Sports premium se jkun qed ixandar fuq l-Interactive t-tellieqa tal-Formula One Canadian Grand Prix li se tibda l-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju fl-4pm u l-European Golf PGA Tour Nordea Masters li se tibda mill-Ħamis 4 ta’ Ġunju mill-11am fi kwalità HD.
Ix-xandira tal-finali tal-UEFA Champions League fuq GO se tibda nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju bi programm speċjali fis-7.30pm. Il-klijenti se jkunu jistgħu jsegwu l-lobgħa bil-kummentarju Taljan, ghalkemm se jkollhom l-għażla li jaqilbu għall-kummentarju bl-Ingliż.
Dawk il-klijenti abbonati ma’ GO TV se jkollhom ukoll l-opportunità li jaraw il-warm up u s-sessjonijiet finali tal-Canadian Grand Prix.
It-tellieqa tal-Formula One se tibda fit-8pm il-Ħadd 7 ta’ Ġunju.
Fl-istess ġurnata n-Nordea Masters se jkun qed jixxandar fis-1pm.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt