GO għandha iktar minn 500,000 klijent

Il-kumpanija GO plc ħabbret profitt qabel it-taxxa ta’ €15.6 miljun u cash generation mill-operat ta’ €39.6 miljun għas-sena finanzjarja 2013.
Iċ-Ċermen ta’ GO plc qal li minkejja l-kompetizzjoni, l-użu tal-linja fissa tat-telefown, il-mowbajl, l-internet u t-TV kompla jikber.
Żied jgħid li l-kumpanija żdiedet ukoll l-għadd ta’ klijenti b’1%, li laħaq ‘il fuq minn 500,000.