GO b’offerta għal-Limitless Mobile għal €10 biss fix-xahar

GO nediet għadd ta’ offerti tal-Milied, b’mod partikolari għall-klijenti li jużaw il-bundled services tal-mowbajl, telefonija, internet jew TV. Dawn jinkludu l-Limitless Flex Lite mobile plan il-ġdid, li jinsab disponibbli għal €10 biss fix-xahar għal dawk diġà abbonati mal-Limitless Home Pack jew Limitless Duo Pack.
Għal iktar konvenjenza, il-Limitless Flex se jkun inkluż fl-istess kont tal-bundled service li diġà qed jintuża mill-klijent. Il-konvenjenza ta’ kont wieħed għall-bundled services kollha, inkluż dak tal-mowbajl, hi karatteristika oħra unika ta’ GO.
Il-klijenti ta’ Limitless Flex Lite se jibbenefikaw minn telefonati bla limitu għan-numri kollha ta’ GO Mobile, €10 f’kreditu prepaid tal-mowbajl u 300MB ta’ internet tal-mowbajl b’veloċità ta’ 42Mbps fix-xahar. Il-kreditu ta’ €10 prepaid tal-mowbajl kull xahar hi offerta speċjali.
Wara l-31 ta’ Jannar 2016, l-ammont ta’ kreditu tal-mowbajl se jkun ta’ €5 fix-xahar. Il-benefiċċji kollha l-oħra se jibqgħu l-istess. Dawn il-benefiċċji se jkunu addizzjonali ma’ dawk diġà disponibbli mal-HomePack u Duo Pack fosthom li wieħed iċempel b’xejn lill-membri oħra tal-komunità tal-HomePak.
Il-klijenti li jabbonaw mal-Limitless Home Pack Interactive se jkunu jistgħu jgawdu minn upgrade b’xejn għal Interactive TV għal sitt xhur filwaqt li jibbenefikaw minn internet upgrade ta’ 35Mbps u aċċess mingħajr ħlas għall-istazzjon GO Stars TV għal sitt xhur.
Il-klijenti li jabbonaw għal Limitless Duo Pack se jirċievu sitt xhur internet b’xejn u matul dak il-perjodu se jħallsu €9.99 biss irrispettivament mill-veloċità tal-internet li jagħżlu.