Ġnien Duminku Mintoff uffiċjalment inawgurat f’Raħal Ġdid

Ritratt: DOI/MOT

Read in English.

Ġnien Duminku Mintoff ġie uffiċjalment inawgurat f’Raħal Ġdid wara investiment ta’ miljun ewro f’rinovar estensiv tal-post. Dan qalu l-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-proġett ta’ spajzu miftuħ u żona rikreazzjonali għall-pubbliku fih madwar 9,000 metru kwadru. Qal li sar b’ħidma kollettiva bejn diversi entitajiet, tħawlu 75 siġra u ‘l fuq minn 25,000 pjanta. Il-ġnien ġie mgħammar ukoll b’sistema tas-CCTV għas-sigurtà meħtieġa tal-post.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, investa €400,000 f’ġibjun li permezz tiegħu, ilma li qabel kien jintilef issa qed jintuża b’mod sostenibbli għat-tisqija tas-siġar u l-pjanti.