Ġnien Bibbliku quddiem is-Santwarju Ta’ Pinu

Fuq l-għolja Ta’ Għammar, quddiem is-Santwarju Ta’ Pinu, ġie inawgurat Ġnien Bibbliku wara li tħawlu 42 siġra li jissemmew fil-Bibbja.
Il-proġett ingħata fondi mill-UE u ġie inawgurat din il-ġimgħa fuq inizjattiva tal-uffiċċju Europe Direct, l-uffiċċju tal-Parlament Ewropew u s-Santwarju Ta’ Pinu.
Qrib ir-Raba’ Stazzjon tal-Via Crucis, matul l-għolja, tħawlu siġar tal-ħarrub, tar-rummien u tat-tin.
Ir-Rettur tas-Santwarju Ta’ Pinu, Dun Gerard Buhagiar, spjega kif l-idea taż-żona hu li dawn l-inħawi jitgawdew minn persuni li jkunu fis-silenzju biex jirriflettu u jitolbu qalb in-natura.
Għall-inawgurazzjoni attendew ukoll studenti mill-iskola primarja tal-Kulleġġ t’Għawdex fix-Xagħra.