Ġlormu Cassar u Laparelli se jkollhom monument fil-Belt Valletta

L-arkitetti li ħadu ħsieb fasslu l-pjanti u mexxew ix-xogħlijiet ta’ bini tal-Belt Valletta, issa se jkollhom xogħolhom rikonoxxut permezz ta’ monument iddedikat lilhom.
Heritage Malta, flimkien ma’ The Albert Mizzi Foundation u Fondazzjoni Valletta 2018, għadha kemm ħarġet espressjoni għall-interess għal monument iddedikat lill-inġinier militari Ġlormu Cassar u lil Francesco Laparelli, il-perit Taljan, mibgħut mill-Papa biex jibni l-Belt Valletta.
Il-Gvern qed jittama li l-monument jinkixef f’Marzu li ġej, fl-okkażjoni tal-450 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Belt Valletta.
Id-dettalji jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta u jintlaqgħu sal-15 ta’ Settembru. Mistoqsijiet bil-miktub jistgħu jintbagħtu fuq tenders.heritagemalta@gov.mt