Gloria jkollha xi tgħid ma’ Feliċ

Mil-lum jibdew jixxandru aktar puntati ġodda mis-sitt u l-aħħar staġun mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa, li qed tixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.

Fl-episodju tal-lum Manwela tmur għand Gloria. Min imur iħabbat il-bieb ftit wara? Insibu ruħna fil-kċina ta’ Yvonne. X’inhu qed iħejji Frankie? Yvonne x’se tgħidlu?

Gloria jkollha xi tgħid ma’ Feliċ. X’se jiġri u Manwela x’se tgħidilha?

Karl jidħol lura d-dar irrabjat ħafna. X’se jsibha tagħmel lil Valentina? U għaliex din se tinkwieta meta jgħidilha li kienet iltaqa’ ma’ Lina?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.