Gloria għaliex trid lil Winnie tmur għandha?

Adam iċempel lil Etienne biex jara x’ġara minnu l-manuskritt tiegħu. X’se jgħidlu Etienne? Frankie imur l-uffiċċju ta’ missieru biex joħodlu ftit kafé u l-krustini tas-soltu. X’se jgħidlu dwar Martha?

Gloria ċċempel lil Winnie u tgħidilha biex tmur id-dar għaliex xtaqet tkellimha. Lil min kienet stiednet u Winnie x’se tgħidilha malli ssir taf?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar illum it-Tnejn fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Il-produzzjoni hi ta’ Rewind.