Global Payments tkompli tistalla d-DCC

Hekk kif eluf  ta’ turisti qed jippreparaw biex iżuru Malta fis-sajf li ġej, Global Payments qed tkompli tinstalla s-servizz ta’ Dynamic Currency Conversion (DCC) biex tgħin lil dawk li jkunu qed jixtru prodotti jew servizzi  jgħaddu transazzjonijiet bil-kard fi tmien muniti differenti.
S’issa, kważi 1,000 ħanut jew stabbiliment madwar Malta kienu mgħammra b’point of sale (POS) terminals li jiffaċilitaw is-servizz ta’ DCC.
Il-klijenti li jużaw is-servizz ta’ DCC igawdu l-konvenjenza li jħallsu għall-prodotti u servizzi fi tmien muniti differenti. Il-muniti disponibbli huma fost l-ewlenin li wieħed isib barra ż-żona Ewro, u jużawhom eluf ta’ turisti li jżuru Malta.
Dawn jinkludu l-Lira Ingliża (GBP), ir-Rublu Russu (RUB), il-Krone Norveġiż (NOK), il-Krona Svediża (SEK), il-Krone Daniż (DKK), id-Dollaru Amerikan (USD), id-Dollaru Awstraljan (AUD), u l-Frank Svizzeru (CHF).
“Wieħed mill-punti ewlenin tas-servizz tagħna tad-Dynamic Currency Conversion hu li ma hemmx tariffi moħbija. Għalhekk il-klijenti jafu bl-eżatt kemm qed iħallsu għall-prodott jew servizz. Permezz tad-DCC, il-klijenti jistgħu wkoll jibbenefikaw minn rati ta’ kambju kompetittivi, aġġornati ta’ kuljum minn Reuters,” qal Raymond Zammit, il-Kap tal-Bejgħ u Relazzjonijiet ta’ Global Payments Ltd.
Global Payments se tkompli tipprovdi assistenza lin-negozjanti permezz ta’ taħriġ u għarfien dwar l-aħjar prattiċi ta’ kif jipproċessaw transazzjonijiet bid-DCC.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt