Global InterGold mhix awtorizzata mill-MFSA

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarja ta’ Malta (MFSA) wissiet li l-kumpanija Global InterGold, b’indirizz f’Londra, li qabel kienet magħrufa bħala Emgoldex, m’għandhiex liċenzja u mhix awtorizzata minnha biex tipprovdi servizzi finanzjarji f’Malta.
Għalhekk il-konsumaturi m’għandhomx jidħlu f’negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità msemmija.
L-awtorità qalet li l-kumpanija qed toffri aċċess għal skema t’investiment f’ingotti tad-deheb u li xi persuni qed jagħmlu kuntatt mal-pubbliku biex iħajruhom jinvestu.
Fakkret lill-konsumaturi li m’għandhomx jidħlu fi tranżazzjonijiet ta’ servizzi finanzjarji jekk ma jaċċertawx ruħhom li l-entità tkun awtorizzata minnha jew minn regolatur ieħor ta’ reputazzjoni tajba.
Lista tal-entitajiet liċenzjati tista’ tiġi aċċessata mis-sit elettroniku tal-MFSA.