Global Capital jimmira li jieħu 49% tal-ishma tal-Lombard

Global Capital, kumpanija tal-assigurazzjoni, ħabbret li se tkun qed titfa’ l-offerta tagħha sabiex takkwista parti sostanzjali mil-Lombard Bank Malta Plc.
Preżentament dil-kumpanija għandha diġà t-tieni l-akbar sehem fil-bank, iżda issa trid takkwista 49% tal-ishma kollha.
Intqal fi stqarrija li t-talba għall-offerta ntbagħtet lill-Amministratur Speċjali tal-Bank Popolari Ċiprijott, li għandu 21 miljun sehem fil-Lombard.
Din l-offerta hi mwieżna wkoll minn York Capital, li hi waħda mill-aktar fondi ta’ investiment privat rispettati fid-dinja, u minn kumpaniji oħra privati f’dal-qasam.
Hu mifhum li l-Bank Popolari Ċiprijott jinsab taħt pressjoni minn awtorità li twaqqfet minn tamministra l-affarijiet interni tiegħu, sabiex ibigħ l-49% tal-ishma tiegħu f’dal-bank sas-sajf li ġej.
Dit-talba ġiet issustanzjata wkoll mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorità Bankarja Ewropea, sabiex il-bank ikun jista’ jħallas lid-depożitaturi u l-azjonisti (shareholders) tiegħu.
Sadanittant, iċ-Ċermen Eżekuttiv ta’ Global Capital, Paolo Catalfamo, qal li jemmen li l-offerta tagħhom hi ta’ benefiċċju kemm għall-azzjonisti tal-Lombard kif ukoll għal dawk tagħha stess.
Sostna li jinsabu f’pożizzjoni li joħolqu sinerġija ġdida mal-Lombard kif ukoll mal-Maltapost, li tagħha l-Lombard għandu 70% tal-ishma.