Ġlieda qalila fl-Università… bejn ir-robots

Jekk qatt xtaqt issegwi ġlieda bejn ir-robots mhux biss fuq it-televixin iżda fir-realtà, issa wasal iċ-ċans!
F’avveniment uniku f’Malta, bl-isem ta’ Robot Wars, għadd ta' studenti mill-Università ta’ Malta se jidħlu fi sfida biex iġelldu robots apposta għall-ġlied li ddisinjaw u bnew huma stess biex jikkompetu fl-arena.
Għall-ewwel darba, din is-sena se jkun hemm iktar varjetà ta’ robots grazzi għall-kategorija l-ġdida tal-5.44kg maġenb il-klassi tradizzjonali tas-17-il kg.
Dan l-avveniment qed jittella’ mill-IEEE Student Branch, li għandha l-għan tassisti l-istudenti fit-transizzjoni mid-dinja tal-istudju għad-dinja tax-xogħol.
Robot Wars se jsir fit-8 ta’ Frar fl-10.00 ta’ filgħodu fl-Università. Hu miftuħ għal nies ta’ kull età u d-dħul hu b’xejn. Għal iktar dettalji tista’ tidħol hawn.

Ritratti: William Cachia