Ġlieda l-Belt: jużaw heaters tal-gass bħala armi

Glieda bejn żewġ irġiel il-Belt fl-ewwel tas-sena wasslet biex raġel minnhom ittieħed l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi ħfief. Waqt il-ġlieda, jidhru qed jużaw heaters tal-gass ta’ barra biex jiġġieldu.

Kelliem għall-Pulizija spjega li l-ġlieda kienet fi Triq it-Teatru l-Antik fil-Belt Valletta, għal xis-1.20am. Raġel ta’ 22 sena u raġel ta’ 51 sena, it-tnejn mill-Furjana, daħlu f’argument u bdew jiġġieldu.

Allegatement intuża flixkun tal-ħġieġ li wassal biex ir-raġel ta’ 51 sena weġġa’ ħafif u ttieħed l-Isptar Mater Dei. Barra minn hekk, bdew jużaw heaters tal-gass li kienu qiegħdin barra bħala armi. Għadu mhux magħruf x’ikkawża l-argument.

Il-Pulizija qed tinvestiga.