Mara arrestata wara l-ġlieda fil-Ħamrun

Mara ġiet arrestata wara  ġlieda li nqalgħet fil-Ħamrun ilbieraħ filgħaxija.
Intant, it-tarbija li lbieraħ iddaħlet l-isptar wara l-ġlieda qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li t-tarbija għad għandha ftit xhur.
Apparti t-tarbija, iddaħħlu l-isptar tliet tfajliet li kollha soffrew ġrieħi ħfief. It-tfajliet għandhom  18, 19 u 26 sena
Il-ġlieda seħħet ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:15pm, fi Triq J Abela Scolaro.
Membru ta’ waħda mill-familji involuti fil-ġlieda kien involut ukoll fi qtil li seħħ fix-xhur li għaddew.
Waqt il-ġlieda l-istess persuni kissru karozza li kienet tinsab fil-viċin.