​Ġlieda f’Tas-Sliema: 5 arrestati

Ħames persuni ġew arrestati f’Tas-Sliema lbieraħ filgħaxija wara li kienu involuti fi ġlieda kbira.
Il-każ seħħ bejn żewġ Maltin u tliet Libjani f’bar li jinsab fi Triq it-Torri.
Erba’ minnhom ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn irriżulta li ġarrbu ġrieħi ħfief.
Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta, hekk kif waqt l-argument għamlu ħsara fil-bar fejn kienu.
Mhux eskluż li l-ħamest irġiel jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.