Ġlieda f’San Ġiljan; raġel gravi

Raġel weġġa’ gravi wara li allegatament qala’ daqqa ta’ oġġett iebes waqt ġlieda f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-ġlieda seħħet fis-1.30am fi Triq Spinola kawża ta’ argument bejn żewġ persuni. Il-vittma għandu 22 sena mis-Somalja, residenti Birżebbugia. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. L-allegat aggressur ġie arrestat mill-Pulizija u għadu qed jinżamm għall-iktar stħarriġ.