Ġlieda f’Manoel Island: raġel gravi

CMRU

Raġel weġġa’ gravi wara li allegatament qala’ daqqa ta’ arma bil-ponta waqt ġlieda f’Manoel Island fil-Gżira.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-ġlieda seħħet fit-8.10pm fl-inħawi ta’ Manoel Island kawża ta’ argument bejn żewġ persuni. Il-vittma għandu 22 sena u hu mill-Gambja.

Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura. L-identità tal-allegat aggressur għadha mhix magħrufa.