Ġlieda bil-fliexken tal-ħġieġ fl-Għadira

Grupp ta' żgħażagħ kienu involuti fi ġlieda fl-Għadira.
Il-ġlieda seħħet viċin gabbana li hemm fuq il-bajja ftit qabel l-4pm hekk kif iż-żgħażagħ niżlu minn fuq dgħajsa wara party.
Qarrejja spjegaw ma’ Newsbook.com.mt li fil-ġlieda ntużaw fliexken tal-ħġieġ.
Membri tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa' f'din il-ġlieda.
Ritratt: Arkivji