Aġġornata: Mara gravi wara ġlieda fil-Marsa

Mara weġġgħet gravi wara ġlieda bejn tliet persuni f’restorant fil-Marsa lbieraħ filgħaxija.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-ġlieda seħħet fi Sqaq l-Ajkla.

Skont stħarriġ tal-Pulizija qam argument bejn żewġt irġiel li għandhom 30 u 33 sena u mara ta’ 25 sena, kollha mill-Eritrea. Jidher li r-raġel ta’ 30 sena ggredixxa lill-mara bl-użu ta’ oġġett iebes. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.