Read in English.
Tliet persuni ġew arrestati wara li kienu involuti fi ġlieda fil-pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-argument seħħ għall-5pm bejn tlett irġiel. Għalkemm il-kelliema qalet li ma jidhirx li kien hemm nies feruti, Newsbook.com.mt jinsab infurmat li kien hemm ambulanza u tim mediku fuq il-post.
Skont il-Pulizija, dawk involuti fil-ġlieda kienu żewġt irġiel mix-Xagħra ta’ 48 u 33 sena u raġel Libjan ta’ 33 sena residenti r-Rabat Għawdex.
Fuq il-post issejħu membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU).