Aġġornata: Raġel gravi wara ġlieda bejn żewġ familji f’Bormla

Aġġornata 16:35
Raġel spiċċa weġġa’ gravi waqt ġlieda bejn żewġ familji f’Bormla. Il-ġlieda bdiet ħdejn il-Kolleġġjata u spiċċat ħdejn l-Għassa tal-Pulizija u fiha żewġ persuni oħra sfaw midruba b’mod ħafif.
F’din il-ġlieda, ir-raġel li weġġa’ gravi għandu 44 sena u huwa minn Bormla stess.
Iż-żewġ persuni l-oħra huma raġel ta' 23 sena mill-Isla u ieħor ta' 30 sena minn Bormla, li t-tnejn sofrew xi ġrieħi ħfief.
Ġie kkonfermat li ħames persuni ġew arrestati mill-Pulizija b'rabta ma' dan il-każ.
Dawk arrestati huma kollha rġiel li l-etajiet tagħom ivarjaw bejn is-17 u l-44 sena.

Aktar kmieni:
Ambulanza li waslet fuq il-post ħadet lir-raġel li ndarab gravi l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Il-ġlieda bdiet għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar u fiha ntużaw numru ta’ għodod, fosthom virga.
Ftit ġimgħat ilu, ftit metri biss ‘il bogħod mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla, raġel li jabbuża mid-droga kokaina lagħab daqqa ta’ mus lil sieħbu wara li dan ma tahx id-droga.