Ġlieda f’Birżebbuġa; Żagħżugħ l-isptar

Żagħżugħ ttieħed l-isptar wara li kien involut f’argument f’Birżebbuġa.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:15 pm fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa. Intużat arma taqta’ u bil-ponta.

SKont il-Pulizija l-ġlieda kienet “bejn numru ta’ persuni” u raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa qed jinżamm mill-Pulizija b’rabta mal-każ.

Iż-żagħżugħ li weġġa’ għandu 21 sena u joqgħod Birżebbuġa wkoll. Hu sofra ġrieħi ħfief.