Ġlieda f’tieġ, żewġ pulizija midruba

Żewġ pulizija weġġgħu ħafif wara li qam argument f’tieġ.
Il-jum li kellu jibqa’ mmarkkat f’ħajjet l-għarajjes ġie mtappan wara l-argument bejn żewġ persuni. Dak il-ħin surġent u kuntistabbli li kienu fit-tieġ intervjenew fejn spiċċaw indarbu.
L-inċident seħħ f’sala tat-tiġien fis-1am fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.
Filwaqt li ġiet arrestata persuna fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lis-surġent.