Ġlieda f’San Pawl il-Baħar tħalli raġel l-isptar gravi

Raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar stess.
L-argument seħħ ilbieraħ fi stabbilment fi Triq il-Ġifen għall-ħabta tal-10.50pm, xħin il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fil-post imsemmi.
Ir-raġel, Serb, qal li l-argument seħħ bejn diversi persuni.
Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.
L-investigazzjonijiet tal-Pulzija għadhom għaddejjin.
Sadanittant, kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li m’hemmx relazzjoni bejn dan l-argument u r-Rumen li lbieraħ instab f’għadira demm fi Triq il-Korp tal-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar ukoll.
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace