Ġlieda f’Għawdex tħalli raġel bi ġrieħi gravi

Sirjan ta’ 32 sena residenti Marsalforn, ġie akkużat li waqt ġlieda kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq raġel ieħor.

Jidher li dan seħħ it-Tlieta filgħodu, fi Triq l-Ewropa, Rabat Għawdex, u l-madwar.

Is-Sirjan, Ahmad Ilewi, ġie akkużat ukoll b’theddid u ksur tal-paċi pubblika.

Hu wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, u ngħata l-liberta proviżorja taħt garanzija ta’ €3000.