Ġlieda bejn żewġt irġiel fil-Belt Valletta, wieħed iweġġa’ gravi

Sudaniż ta' 19-il sena weġġa' gravi waqt argument ma' raġel ieħor, li seħħ fil-Belt Valletta.
Kien għall-ħabta tal-5.10pm fi Triq Sant Ursola, meta s-Sudaniż kien involut f'argument ma' Libjan ta' 31 sena residenti Ħal Far.
Is-Sudaniż ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza, filwaqt li l-Libjan inżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. 
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.