Ġlieda bejn żewġt irġiel f’San Pawl il-Baħar

Żewġt irġiel kienu nvoluti fi ġlieda li seħħet aktar kmieni dalgħodu f’San Pawl il-Baħar. Il-ġlieda seħħet fl-10am, fi Triq It-Turisti f’San Pawl il-Baħar, bejn raġel ta’ 27 sena minn San Pawl il-Baħar stess u raġel ta’ 32 sena residenti n-Naxxar.

Mhux eskluż li waqt dan l-argument, intużat anke xi arma tan-nar.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel ta’ 27 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtiega. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.