Ġlieda bejn żewġ persuni f’Kemmuna; mitkellma mill-Pulizija

Żewġt irġiel qed jiġu mitkellma mill-Pulizija wara li kienu involuti fi ġlieda f’Kemmuna.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-każ seħħ fit-3.30pm fi Triq il-Gvernatur Walter Congrieve. Jidher li ż-żewġ irġiel kienu involuti f’argument li ġie fl-idejn u anke intużat arma taqta’ u bil-ponta.

Huma qed jiġu mitkellma mill-Pulizija. Intant ittieħdu f’berġa pubblika hekk kif sofrew xi ġrieħi.