Ġlieda bejn għadd ta’ persuni f’ħanut f’Ħaż-Żebbuġ

CMRU

Seħħet ġlieda bejn għadd ta’ persuni f’Ħaż-Żebbuġ.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8pm fi Triq Mikelanġ Sapiano. Il-kelliem spjega li għall-bidu, ir-rapport kien jgħid li kien hemm argument bi ġlied bejn għadd ta’ persuni u b’hekk il-Pulizija marru fuq il-post.

Il-kelliem għall-Pulizija kompla jgħid li malli waslu sabu li l-argument kien biss wieħed verbali u seħħ bejn xi qraba. Għaldaqstant, ħadd ma ndarab fiżikament kawża ta’ din il-ġlieda.