Ġlieda bejn mara u raġel f’Wied il-Għajn; jittieħdu l-isptar

Mara u raġel ittieħdu l-isptar wara li kellhom argument fid-dar tagħhom.

Dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt li spjega li l-inċident seħħ fit-3.20pm fi Triq l-Iskall. Il-kelliem spjega li r-rapport inizjarju kien jgħid li fl-argument kien hemm l-użu ta’ xi skieken, madanakollu wara li l-Pulizija marru fuq il-post sabu li dan ma kienx minnu iżda li waqt l-argument inkiser xi ħġieġ. Spjega li kawża tal-ħġieġ ir-raġel indarab.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-isptar. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.