Ġlieda bejn ħamsa tħalli raġel bi ġrieħi ħfief

CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 20 sena mill-Fgura sofra ġrieħi ħfief wara argument f’Ħal Qormi li fih kienu involuti ħames persuni.

L-argument seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq l-Erba’ Qaddisin u fih kienu involuti wkoll żagħżugħ ieħor ta’ 20 sena, raġel ta’ 65 sena u mara ta’ 33 sena kollha residenti l-Fgura, kif ukoll raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Luqa.

Iż-żewġt irġiel ta’ 20 sena u l-ieħor ta’ 46 sena kellhom jittieħdu l-Isptar b’ambulanza fejn wieħed ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, ieħor minn ġrieħi ħfief, filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel l-ieħor ta’ 20 sena għadha mhix magħrufa.