Ġlieda bejn 7 persuni f’Bormla

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li lbieraħ għal ħabta tal-10.30pm seħħet ġlieda bejn seba’ persuni f’Bormla.

Il-ġlieda bdiet f’Misraħ Santa Margerita f’Bormla u kompliet sejra għal Triq Erin Serracino Inglott. Raġel ta’ 37 sena u ġuvni ta’ 17-il sena sofrew minn ġrieħi ħfief u ttieħdu l-isptar Mater Dei għal kura, filwaqt li mara ta’ 43 sena sofriet minn ġrieħi ħfief u ġuvni ta’ 16-il sena sofra minn ġrieħi gravi u t-tnejn ittieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

L-istqarrija spjegat li l-Pulizija ssekwestrat żewġ t’iskieken u lembuba li ntużaw waqt il-ġlieda.

Aktar dettalji kif jaslulna.