Ġlieda bejn 20 pazjent fl-Isptar Monte Karmeli

Read in English.

Ilbieraħ inqalgħet ġlieda bejn 20 pazjent fl-Isptar Monte Karmeli.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tat-2.45pm. Fil-ġlieda kienu involuti 20 pazjent, li kienu kemm Maltin, kif ukoll barranin. Il-pulizija ssejħu fuq il-post biex jikkontrollaw il-ġlieda.

Il-kelliema qalet li ħadd ma weġġa’ f’din il-ġlieda u b’hekk ħadd ma ttieħed l-isptar.

Newsbook.com.mt għamel kuntatt mal-Ministeru għas-Saħħa, li talab li jintbagħtu l-mistoqsijiet b’email fuq il-każ.