Glenn Bedingfield se jkun il-Whip tal-Gvern

Luke Zerafa

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield se jkun il-Whip il-ġdid tal-Gvern.

Dan ikkonfermah Bedingfield innifsu ma’ Newsbook.com.mt.

Bedingfield se jingħaqad mal-Kabinett ġdid maħtur ilbieraħ, iffurmat mill-Prim Ministru Robert Abela.

Qablu okkupa l-kariga Byron Camilleri, eks Sindku tal-Fgura. Camilleri lbieraħ inħatar il-Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.