Bedingfield jgħid li rċieva theddid ta’ bombi; se jiftaħ blogg ieħor

Read in English.

Illum xehed il-Whip tal-PL Glenn Bedingfield fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Xi spikka fis-seduta tal-lum?

  • Bedingfield kien hu li talab biex jixhed
  • Akkuża lil Peter Caruana Galizia li gideb taħt ġurament
  • Jgħid li kiteb kontra Daphne bl-istess qawwa li kienet tuża hi
  • Jiċħad li ħoloq klima biex tinqatel Caruana Galizia
  • L-MP jgħid li rċieva theddid ta’ bombi
  • Bedingfield jgħid li se jiftaħ blogg ieħor fil-ġimgħat li ġejjin
11:21 Ir-rappurtaġġ live tagħna għal-lum jintemm hawn. Dalwaqt se nelenkaw il-punti prinċipali tas-seduta tal-lum f'din il-paġna. Grazzi talli segwejtuna.
Christoph Schwaiger
11:20 Is-seduti li jmiss se jkunu fis-26 ta' Frar fis-2pm u fit-28 ta' Frar fil-11am.
Christoph Schwaiger
11:19 Il-Bord irid ikun jaf minn fejn oriġina ritratt partikolari li juri lil Daphne bħala Saħħara. Vella tgħid li l-għan wara dawn it-tip ta' kampanji huwa li jispiċċa mistur minn fejn ikun oriġina ritratt. Dan għaliex isir komuni u jibda jidher għadd ta' drabi.
Christoph Schwaiger
11:18 Vella tgħid li jekk ikun hemm bżonn tiċċekja informazzjoni pubblika dwar ir-ritratti li qegħdin onlajn.
Christoph Schwaiger
11:17 Il-Bord jistaqsi lil Vella jekk għandhiex aċċess għal ċertu gruppi privati fuq Facebook.
Christoph Schwaiger
11:15 Il-Bord jistaqsi lil Corinne Vella dwar dokument li ħejjiet qabel. Jistaqsi jekk Vella ratx ir-ritratti li kienu fuq il-midja soċjali ta' Neville Gafà fuq postijiet oħra. Dan għaliex Gafà qal li ma ħax ir-ritratti hu.
Christoph Schwaiger
11:15 Bedingfield itemm ix-xhieda tiegħu.
Christoph Schwaiger
11:12 Il-Bord jgħid li hemm xi ġurnalisti jieħdu gost jiġu mmanipulati għax jidħlu fiċ-ċirku
Christoph Schwaiger
11:11 Bedingfield jgħid li ma jaf b'ħadd li qatt ta xi struzzjonijiet biex nies fis-secret service isegwu xi ġurnalist jew ieħor
Christoph Schwaiger
11:10 L-MP jgħid li hemm xi 3 jew 4 uffiċjali tas-sigurtà mad-detail tal-PM
Christoph Schwaiger
11:08 Bedingfield jgħid li s-sigurtà f'Kastilja kienet f'idejn l-armata. Dawn kienu stazzjonati mal-bieb.
Christoph Schwaiger
11:07 Bedingfield jgħid li dan għamlu biex in-nies joqgħodu attenti għal dik il-karozza biex jevitawha.
Christoph Schwaiger
11:06 Il-Bord jgħid li Bedingfield li kien qed juri lin-nies fejn kienet tkun.
Christoph Schwaiger
11:05 Jason Azzopardi jgħid li Bedingfield fl-2016 kiteb dwar x'karozza kienet issuq Daphne. Jistaqsi x'kienet l-intenzjoni ta' Bedingfield wara dan.
Christoph Schwaiger
11:02 Il-Bord jgħid li l-blog ta' Daphne ma kienx għall-massa. Skont Bedingfield l-aħbar tal-Panama Papers waslet għand kulħadd.
Christoph Schwaiger
11:01 Il-Bord jgħid li bit-televiżjoni wieħed kien jilħaq aktar nies milli blog bl-Ingliż li mhux kulħadd seta' jifhmu f'Malta.
Christoph Schwaiger
11:00 Il-Bord jikkumenta dwar Bedingfield meta qal li l-kitba tiegħu kienet an "Equal and Opposite Reaction" għal dak li kitbet Daphne. Il-Bord jgħid li Daphne qatt ma kellha programmi televiżivi, għal kontra ta' kif isir fuq il-One.
Christoph Schwaiger
10:57 Bedingfield jgħid li ma jdejqux il-mafkar ta' Daphne quddiem il-Qorti. Jgħid ukoll li ssuġġerrixxa li jsir monument apposta.
Christoph Schwaiger
10:53 L-MP jgħid li mhux hu l-persuna responsabbli li jieħu passi kontra nies fuq allegazzjonijiet fil-gazzetti. Jgħid li mhux bilfors kull rapport fil-midja tkun veritiera.
Christoph Schwaiger
10:51 Jgħid li ma jaħsibx li l-grupp parlamentari tal-PL iddiskuta din l-aħbar
Christoph Schwaiger
10:50 Bedingfield jgħid li m'għamel xejn partikolari wara li rapporti fil-midja għamlu konnessjoni bejn Cardona u l-assassinju
Christoph Schwaiger
10:48 Jgħid li kien meta qamet kontroversja dwar l-estenzjoni tal-AUM. Jgħid li ħa pożizzjoni kontra l-Gvern.
Christoph Schwaiger
10:47 L-MP jgħid li tkellem l-aħħar ma' Keith Schembri f'Ottubru jew Novembru tal-2019
Christoph Schwaiger
10:45 Bedingfield ma jridx jgħid kienx jippubblika informazzjoni dwar it-tfal ta' ġurnalisti oħra. Jgħid li din hi mistoqsija ipotetika
Christoph Schwaiger
10:41 Comodini Cachia tistaqsi għalfejn Bedingfield kien jara li hi ta' interess pubbliku li jtella' ritratti tal-ħajja privata ta' Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
10:39 Comodini Cachia tistaqsi lil Bedingfield jekk jaħsibx li bix-xogħol tiegħu kienx joħloq "chilling effect" għan-nies
Christoph Schwaiger
10:38 Comodini Cachia tistaqsi lil Bedingfield jekk kienx jikteb blog posts waqt il-ħin tax-xogħol. Jiċħad.
Christoph Schwaiger
10:36 Comodini Cachia tistaqsi lil Bedingfield għalfejn kien jattakka lil Caruana Galizia u mhux il-messaġġ tagħha. Jgħid li Caruana Galizia ġieli kitbet affarijiet personali.
Christoph Schwaiger
10:34 Bedingfield jgħid li r-relazzjoni tal-PL ma' Cardona għadha l-istess.
"Cardona m'hu akkużat b'xejn", jgħid l-MP.
Christoph Schwaiger
10:34 Jgħid li jemmen lil Cardona u mhux lil Caruana Galizia.
Christoph Schwaiger
10:33 Bedingfield jgħid li kellu relazzjoni tajba ma' Chris Cardona.
Christoph Schwaiger
10:32 Il-Bord jistaqsi lil Bedingfield jekk tkellimx ma' Konrad Mizzi dwar il-Panama Papers.
"Xi tridni ngħidlu jien?" jgħid l-MP.
Christoph Schwaiger
10:29 Bedingfield jgħid li bħala parti mix-xogħol jikkordina PQs fl-OPM kien ġieli jgħin lil Muscat meta ġieli mar fuq xi programmi televiżivi. Jgħid li dan kien minn aspett ta' "image" u mhux kontenut politiku.
Christoph Schwaiger
10:26 Therese Comodini Cachia tistaqsi lil Bedingfield x'tip ta' struzzjonijiet kien jirċievi mingħand Keith Schembri.
Christoph Schwaiger
10:25 Bedingfield jgħid li ma kienx jaħdem ma' Keith Schembri fl-OPM
Christoph Schwaiger
10:22 Il-Bord jistaqsi lil Bedingfield min kien is-superjuri tiegħu. Idum ftit jaħsibha. Fuq suġġeriment tal-Bord jgħid li kien taħt il-PM.
Christoph Schwaiger
10:19 L-MP jgħid li darba li PM żammu milli jikteb artiklu dwar persuna li ma kinitx Daphne.
Christoph Schwaiger
10:17 L-MP jiġi mistoqsi dwar il-kummenti li kienu jitilgħu fuq il-blogg tiegħu. Jgħid li mhuwiex persuna teknika.
Christoph Schwaiger
10:15 Bedingfield jgħid li ma kienx wara l-istrixxuni li twaħħlu madwar Malta dwar il-laptop ta' Daphne. Ftit qabel kien kiteb artiklu dwar il-laptop.
Christoph Schwaiger
10:13 L-MP jgħid li se jtella' sit ieħor, għalhekk is-sit ta' qabel m'għadux jidher. Jgħid li sal-Għid se jinfetaħ il-blog.
"Għandi l-permess?" jistaqsi l-MP.
Christoph Schwaiger
10:12 Kien għadu jaħdem Kastilja dak iż-żmien. Jaħseb li l-programm ma kellux effett fuq l-assassinju.
Christoph Schwaiger
10:11 Bedingfield jgħid li kien hu flimkien ma' Luke Dalli li ddeċidet li jdaħlu l-"karikatura" ta' Daphne fil-programm tagħhom
Christoph Schwaiger
10:09 L-MP ma jara xejn ħażin li kien jagħmel dawn l-affarijiet waqt li kien imħallas minn flus il-poplu.
Christoph Schwaiger
10:08 Il-Bord issa jistaqsi lill-MP dwar programm li kellu ma' Luke Dalli fuq il-One li ta' kull ġimgħa kien ikollu sezzjoni li żżeblaħ b'Daphne. Bedingfield jgħid li dan kien programm satiriku.
Christoph Schwaiger
10:04 L-MP jgħid li kien jikteb kontra Daphne bl-istess qawwa li kienet tikteb kontrih. Il-Bord jinnota li dan bħal qisu jsir fuq il-blog Taste Your Own Medicine. Bedingfield jiċħad li dan il-blogg kien tiegħu. Jgħid li ma jaqbilx miegħu. Il-Bord jistaqsi lil Bedingfield jekk jaħsibx li l-messaġġi taż-żewġ blogs humiex l-istess.
Christoph Schwaiger
10:03 L-MP jgħid li ġieli tella' ritratti ta' Daphne fuq il-blogg tiegħu. Jgħid li kien jirċevihom minn għadd ta' nies
Christoph Schwaiger
10:01 Fil-Qorti Bedingfield jistaqsi x'kienet l-intenzjoni tal-allegat ħabi ta' laptop tal-ġurnalista. Dan kien għand il-Pulizija Ġermaniża.
Christoph Schwaiger
09:59 L-MP jgħid li ma jemminx li l-familja ta' Daphne kienet wara l-assassinju. Il-Bord juruh blog li kiteb hu li qajjem tħassib dwar l-interess tal-familja li ma jissolviex il-każ.
Christoph Schwaiger
09:58 Bedingfield jgħid li qatt ma ra lil Yorgen Fenech f'Kastilja minkejja li kien jaħdem hemm. Jgħid ukoll li ma kienx jaf li huwa ħabib kbir ta' Keith Schembri
Christoph Schwaiger
09:56 Il-Bord jistaqsi lil Bedingfield jekk kienx involut fil-messaġġi politiċi tal-Gvern. Bedingfield jgħid li le. Jgħid li dan kien xogħol l-uffiċċju tal-komunikazzjoni fi ħdan l-OPM. Il-Bord jgħid li meta kien hemm 2 uffiċjali minn dan l-uffiċju li xhedu, dawn qalu li ma kienx xogħolhom.
Christoph Schwaiger
09:55 Bedingfield jgħid li ġieli neħħa kummenti tal-pubbliku mill-blog meta kienu jaqbżu ċertu limitu jew ma jkunux "fair"
Christoph Schwaiger
09:54 Jaħseb li kull guest post fuq il-blog tiegħu kien ikun anonimu
Christoph Schwaiger
09:53 Bedingfield jikkonferma li kien ikun hemm terzi li jiktbu fuq il-blogg tiegħu. Jgħid li dawn xtaqu jibqgħu anonimi u li mhux se jikxef is-sorsi tiegħu
Christoph Schwaiger
09:52 L-MP jgħid li issa jemmen li kien ikun aħjar li kieku ċertu affarijiet ġew diskussi qabel
Christoph Schwaiger
09:51 Mistoqsi għar-reazzjoni tiegħu dwar il-Panama Papers, Bedingfield jgħid li ma ħax gost li kien hemm dawk l-allegazzjonijiet
Christoph Schwaiger
09:50 Il-Bord jistaqsi lil Bedingfield dwar il-Panama Papers. Jgħid li qatt ma ġew diskussi miegħu. Il-Bord jgħid li barra minn Malta kien hemm reżenji minħabba dan l-iskandlu.
Christoph Schwaiger
09:48 L-MP jgħid li l-Grupp Parlamentari tal-PL qatt ma ddiskuta lil Daphne Caruana Galizia.
Christoph Schwaiger
09:47 Mistoqsi jekk kienx iddiskuta l-assassinju ma' Muscat fil-parlament, Bedingfield jgħid li Muscat ma tantx kien iqatta' ħin fil-Parlament
Christoph Schwaiger
09:47 Jgħid ukoll li ma kienx jaħdem Kastilja dakinhar tal-assassinju
Christoph Schwaiger
09:46 Dakinhar tal-assassinju jgħid li ma kienx hemm diskussjonijiet fil-Kwartieri tal-PL dwar il-qtil.
Christoph Schwaiger
09:45 Il-Bord jgħid lil Bedingfield li Muscat kien qal li kellu żrara fiż-żarbun dwar l-assassinju. L-MP jgħid li Muscat qatt ma qallu x'kienet dik iż-żrara.
Christoph Schwaiger
09:43 L-MP jgħid li ddispjaċih bil-qtil ta' Daphne.
"Kull qtil huwa ħażin"
Christoph Schwaiger
09:42 Bedingfield kien qed jaqra artiklu. Jgħid li l-istil ta' kitba mhix tiegħu. Jgid li huwa kontra l-vjolenza
Christoph Schwaiger
09:40 Bedingfield qed jifli xi karti li tawh biex jaqra l-bord. L-iskiet fl-awla inkiser bid-daqq tal-mużika ta' Enrique Iglesias mit-triq.
Christoph Schwaiger
09:37 Il-Bord jistaqsi lil Bedingfield għalfejn għalaq il-blog tiegħu. Bedingfield jgħid li għalqu fl-2018 peress li ma kellux biżżejjed ħin għalih
Christoph Schwaiger
09:37 L-MP jippreżenta għadd ta' artikli li dehru fuq il-blog ta' Daphne
Christoph Schwaiger
09:36 Bedingfield jgħid li hu qala' theddid ta' bombi. Jgħid ukoll li l-karozza tiegħu ġiet ivvandalizzata
Christoph Schwaiger
09:35 Jistaqsi jekk dan ifissirx li l-partitarji tal-PN humiex ukoll parti fil-kumplott li tinqatel Daphne
Christoph Schwaiger
09:35 L-MP jgħid li s-sapporters ta' Delia għajru lil Daphne. Ifakkar kif Delia stess irrefera għal Daphne bħala "biċċa blogger"
Christoph Schwaiger
09:33 Bedingfield jiċħad li ħoloq klima biex tinqatel il-ġurnalista bil-kitba tiegħu. Jgħid li ma jistax ikun li xi ħadd jasal biex joqtol lil xi ħadd wara li jkun qara artiklu.
Christoph Schwaiger
09:31 Bedingfield jesebixxi artiklu li deher fuq Newsbook.com.mt bħala parti mix-xhieda tiegħu
Christoph Schwaiger
09:30 Jgħid ukoll li Caruana Galizia fetħet il-blogg tagħha fl-2008. Jgħid li tiegħu fetħu fl-2015.
Christoph Schwaiger
09:30 L-MP jgħid li kien hemm ħafna żmien fejn Daphne ma kelliex protezzjoni mill-Pulizija. Jgħid li dan ifisser li allura ma kienx hemm pulizija li setgħu jgħaddulu l-informazzjoni
Christoph Schwaiger
09:28 Bedingfield jgħid li hi gidba li l-uffiċċjali tal-pulizija li kienu jipproteġu lil Daphne kienu jgħaddulu l-informazzjoni dwar il-ġurnalista
Christoph Schwaiger
09:25 Bedingfield jgħid li ħadd qatt ma fetaħ libell kontrih fejn jidħol il-blogg. Jgħid li mexa fil-parametri tal-liġi. Wara iżid jgħid li intefħu 6 libelli kontrih. Jgħid li tilef wieħed minnhom.
Christoph Schwaiger
09:24 L-MP jippreżenta lista ta' 558 persuna li ġew attakkati fil-blog ta' Daphne. Jallega li tkissru familji bil-kitbiet ta' Daphne. Ma semmiex eżempji konkreti.
Christoph Schwaiger
09:23 L-MP jgħid li ġie mgħajjar "b'mod mill-aktar goff" minn Daphne
Christoph Schwaiger
09:21 Jgħid li beda l-blog tiegħu għax ħass li l-PL kellu "defiċit" onlajn. Jgħid li ħadd ma qabbdu jiftħu. Jgħid li ma kienx blog intenzjonat li jattakka persuna jew oħra. Qal li rrisponda lil Daphne bl-istess ton li użat kontrih.
Christoph Schwaiger
09:18 Bedingfield jiċħad l-akkuża ta' Peter Caruana Galizia li hu kien wara s-sit Taste Your Own Medicine. Bedingfield jgħid li l-unika sit li kellu kien dak f'ismu – GlennBedingfield.com. Dan ingħalaq wara l-assassinju ta' Daphne.
Christoph Schwaiger
09:17 L-MP jgħid li kulħadd għandu dritt tal-espressjoni f'Malta
Christoph Schwaiger
09:17 Bedingfield jgħid li ngħatat l-impressjoni li kkomplotta ma' nies oħra kontra Daphne Caruana Galizia
Christoph Schwaiger
09:16 Jakkuża lil Peter Caruana Galizia u nies oħra (li ma semmihomx) li gidbu dwaru waqt l-inkjesta.
Christoph Schwaiger
09:15 Il-Bord jgħid li Bedingfield talab biex jixhed
Christoph Schwaiger
09:14 Ġab avukat miegħu għall-assistenza
Christoph Schwaiger
09:14 Jibda jixhed Bedingfield
Christoph Schwaiger
09:13 Comodini Cachia tippreżenta screenshot ta' affarijiet li kiteb fuq il-midja soċjali Nigel Vella wara x-xhieda tiegħu fl-aħħar seduta
Christoph Schwaiger
09:12 Jidħol il-Bord
Christoph Schwaiger
09:09 Min qed imexxi l-inkjesta? Il-Bord huwa magħmul minn tliet persuni: L-Imħallef Emeritu Michael Mallia (Chairperson), il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino, u l-Imħallef Abigail Lofaro.
Christoph Schwaiger
08:59 Bedingfield qed jistenna barra l-awla
Christoph Schwaiger
08:49 L-għodwa t-tajba. Illum se jkun qed jixhed l-MP tal-PL Glenn Bedingfield fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne
Christoph Schwaiger

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Neville Gafà jgħid li kien jgħin lil Joseph Muscat “għax kien jirċievi ħafna imejls”
  • Gafà jgħid li ilu ħabib ma’ Keith Schembri mill-2008; ġieli jmorru jimxu flimkien
  • Gafà jikkonferma li tefa’ ritratt dwar Daphne ġurnata qabel ma nqatlet – jgħid li ma ħadux hu
  • “Kont nafha lil Daphne, qabel ma dħalt fil-politika kellna relazzjoni tajba” – Gafà
  • Gafà jgħid li Keith Schembri kien inkwetat meta tilef il-mowbajl
  • Nigel Vella mwissi kemm-il darba li kien qed jixhed b’ġurament
  • L-imġieba ta’ Vella fil-Qorti deskritta bħala “arroganti” mill-Bord tal-Inkjesta
  • Vella jgħid li qatt ma tkellem dwar l-assassinju ma’ Keith Schembri
  • Vella akkużat mill-Bord li mhux qed jixhed sew
  • Vella jikkonferma li kiteb blogg fuq il-midja tal-PL waqt li kien uffiċjal pubbliku

Filmat: Miguela Xuereb