Glenn Bedingfield jinħatar Deputat Ċermen tal-Kumitati tal-Kamra

Il-Membru Parlamentari Laburista, Glenn Bedingfield, inħatar Deputat Ċermen tal-Kumitati tal-Kamra.
Il-mozzjoni biex jingħata l-kariga tressqet mill-Prim Ministru Joseph Muscat, illum fil-Parlament. Fil-leġiżlatura li għaddiet, kien Luciano Busuttil li kellu din il-kariga.
Il-mozzjoni għaddiet meta l-MPs tal-Gvern ivvutaw kollha favur, u dawk tal-Oppożizzjoni kollha kontra.
Xogħol id-Deputat Ċermen tal-Kumitati tal-Kamra jkun li jmexxi kumitati parlamentari meta d-Deputat Spiker ikun indispost.