​Gladiators Night fit-Teatru Grieg f’Ta’ Qali nhar is-Sibt

Nhar is-Sibt li ġej l-atleti tal-Gladiators Night se jagħtu spettaklu ieħor fit-Teatru Grieg f’Ta’ Qali.
It-taqbida ewlenija tas-serata se tkun bejn Daniel "the Jet" Zahra u Ladistav Kristufek mir-Repubblika Ċeka. Dawn se jitqabdu għaċ-Ċinturin tat-Titlu Dinji tal-World Kickboxing Network (WKN) fil-kategorija tal-64kg. It-taqbida tagħhom hija waħda ta' livell professjonali ta' 5×3 bir-regoli tal-K1 bl-ingwanti biss.
Brandon Boġon Borg u Keith Azzopardi, Team Spartans se jitqabdu fil-K1 għaċ-Ċinturin tat-Titlu Internazzjonali tad-WKN ma’ atleti Taljani. Melvin Fenech, Team Noel, se jaffaċċja lil Ryan Cachia, New Kickboxing għaċ-Ċinturin tat-Titlu Nazzjonali tad-WKN.
It-taqbidiet ewlenin se jkunu bejn atleti Maltin li se jaffaċċaw lil atleti mill-Italja. Sitt atleti minn Team Noel, Team Spartan, Lord’s Gym u Brown’s Boxing se jikkompetu f’dawn it-taqbidiet internazzjonali fil-K1 u fil-Boxing.
Il-Fight Card għas-serata se jkollha 17-il taqbida fid-dixxiplini tal-Kickboxing, K1 u Boxing fuq il-livelli semiprofessjonali u professjonali. 12-il klabb Malti se jtellgħu l-Kickboxers u l-Boxers tagħhom biex jikkompetu fid-dixxiplini rispettivi.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook ta' Gladiators Promotions.