Giroud iweġġa’ fi draw ta’ 1-1

L-attakkant Franċiż ħareġ mill-grawnd fit-tieni taqsima bejn Franza u l-Isati Uniti wara li ħabat rasu ma’ Matt Miazga. Il-logħba twaqfet għal ftit minuti hekk kif membri tat-timijiet mediċi daru madwar iż-żewġ plejers involuti fl-inċident.
Ousmane Dembele ħa post il-plejer ta’ Chelsea li issa jinsab f’dubju jekk hux ħa jilħaq jirkupra sa qabel il-bidu tal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja. Kienet logħba kemmxejn diżappuntanti għal Franza hekk kif it-tim ta’ Didier Deschamps naqas milli jtemm it-taħriġ tiegħu b’rebħa.
Kienu l-Istati Uniti li marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Julian Green fl-ewwel taqsima qabel Kylian Mbappe evita t-telfa għal Les Bleus b’gowl fit-78 minuta.