Ġirja b’risq l-ALS Malta

Is-sezzjoni żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba se jkunu qed jorganizzaw ġirja u mixja bil-għan li jgħinu lil ALS Malta. Din l-attività se ssir nhar il-5 ta’ Mejju ġewwa l-Imqabba stess.

Il-ġirja ta’ 5km se tkun qed tibda fit-8am filwaqt li l-mixja, li se tkun tal-istess tul, se tibda fit-8.15am mill-pjazza tal-Imqabba. Tista’ tara r-rotta minn hawn.

Kulmin jixtieq jipparteċipa u jgħin lil ALS Malta, jista jagħmel dan billi jirreġistra mis-sit tal-attività jew inkella jċempel fuq dawn in-numri 79685761 jew 99570302.