Giorgia Borg għada t-Tlieta fi Britain’s Got Talent; Illejla tidher Hollie Cassar

Ritratt: Facebook

Is-semifinali tal-Britain’s Got Talent jibdew illejla fuq l-istazzjon Ingliż ITV u l-aspettativa tal-Maltin hi waħda kbira, l-aktar wara li fil-fażi tal-auditions rajna lil Alesha Dixon tagħti l-Golden Buzzer lil Giorgia Borg, li b’hekk saret l-iżgħar artista solista li kisbet dan l-unur.

Ritratt: Facebook

Bosta huma dawk li ilhom jistaqsu meta se jkun imiss lil Giorgia biex terġa’ tidher fil-Britain’s Got Talent u l-konferma uffiċċjali waslet ftit tal-minuti ilu hekk kif l-artista ta’ 10 snin ħabbret fuq il-paġna tagħha tal-Facebook li huwa għada t-Tlieta 27 ta’ Mejju li se tkun qed terġa’ titla’ fuq il-palk ta’ din il-kompetizzjoni televiżiva.

Fl-ewwel dehra tagħha kienet interpretat il-kanzunetta “10” li biha konna rajniha tipparteċipa fil-Junior Eurovision. Għal għada jingħad li l-kantanta Maltija preparat kanzunetta qawwija.

Awguri Giorgia. Bla dubju li se tkun qed timpressjona lil kulħadd bil-wirja tiegħek ta’ għada t-Tlieta!

Matul din il-ġimgħa se jibqgħu għaddejjin dawn il-live shows li se jkunu qed iwasslu għall-finali ta’ din l-edizzjoni li se jsiru nhar il-Ħadd 2 ta’ Ġunju.

Intant illejla, Maltija oħra se tkun qed titla’ fuq il-palk tal-Britain’s Got Talent. Din hija Hollie Riseley li ħafna jiftakruha bħala Hollie Cassar, rebbieħa tal-edizzjoni tal-2005 tal-kompetizzjoni televiżiva L-Isfida li kien jixxandar fuq Net. Illejla Hollie se tkun qed tagħti wirja mal-kast tal-musical ta’ Gloria Estefen On Your Feet! bħala parti milli-promozzjoni tal-istess musical li Cassar tagħmel parti minnu u li se jkun qed jibda jdur madwar ir-Renju Unit proprju mix-xahar id-dieħel.