Riċetta u ritratti: Tanya Zammit
Ingredjenti
350g dqiq
1 kuċċarina kannella mitħuna
1 kuċċarina ġinġer mitħun
1 kuċċarina bikarbonat tas-soda
125g butir
175g zokkor ismar
1 bajda
4 imgħaref golden syrup
Metodu
Saħħan il-forn għal 180˚Ċ.
Agħrbel flimkien id-dqiq, il-bikarbonat tas-soda, il-ġinġer u l-kannella.
Ferragħ t-taħlita ġo food processor, żid il-butir u ħawwad sakemm it-taħlita tidher qisha frak tal-ħobż. Ħawwad iz-zokkor.
Ħabbat ħafif flimkien il-bajda u l-golden syrup u żid mat-taħlita u ħawwad.
Neħħi t-taħlita mill-blender u għaqqad l-għaġina, geżwer fil-clingfilm u daħħal fil-friġġ għal 15-il minuta.
Iksi l-landa tal-forn bil-karta strazza.
Ifrex l-għaġina u aqta’ l-ginger men bil-cookie cutter, qiegħed fuq il-landa tal-forn u ħalli l-ispazju bejniethom.
Aħmi għal 8 minuti, oħroġhom mill-forn u ħalli jiksaħ għal 10 minuti qabel ma żżejjen.
