Ginea: 24 jitilfu ħajjithom fir-rassa waqt kunċert

Minn tal-inqas 24 persuna tilfu ħajjithom, minħabba r-rassa, waqt kunċert fuq bajja li kien qed isir fil-kapitali ta’ Ginea.
Il-kunċert mill-grupp ta’ mużika rap Instinct Killers, magħruf sew fost iż-żgħażagħ ta’ Ginea, kien qed isir biex jimmarka t-tmiem tar-Ramadan.
Barra dawk li mietu, għexieren oħra weġġgħu, uħud minnhom soffrew minn ġrieħi gravi.
L-uffiċċju tal-President ordna li ssir ġimgħa ta’ luttu nazzjonali.