Ġimgħa wara li ħareġ mill-ħabs, jhedded lil martu u jerġa’ jittella’ l-Qorti

Raġel ta’ 40 sena residenti Wied il-Għajn inżamm arrestat fl-Isptar Monte Karmeli, ġimgħa wara li ħareġ mill-ħabs fuq sentenza separata.
Ir-raġel ġie akkużat fil-Qorti li hedded u kkawża ġrieħi ħfief fuq il-mara tiegħu u wliedu.
Id-difiża talbet sabiex ir-raġel jinżamm taħt arrest f’daru stess, iżda l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, irrifjutatb it-talba fuq il-premessa li din ma kinitx l-ewwel darba li r-raġel deher il-Qorti għal kawżi simili.
L-aħħar minn serje ta’ theddid li wasslet lir-raġel il-Qorti f’inqas minn ġimgħa li ħareġ mill-ħabs kienet dwar kif kien se joqtol lil martu billi jitfagħha għal isfel minn xi mkien bl-karozza.
Dan minkejja li martu aċċettatu lura d-dar wara l-ħabs.
Ir-raġel qed jistenna li jidħol fi programm ta’ rijabilitazzjoni.
Ritratt: Arkivji