Ġimgħa ta’ skontijiet fuq Ryanair.com

Il-linja tal-ajru Ryanair ħabbret ġimgħa ta’ skontijiet fuq is-siit elettroniku tagħha bit-tema Cyber Week.

Fi stqarrija, Ryanair qalet li l-konsumaturi għandhom tmint ijiem konsekuttivi ta’ skontijiet “fantastiċi” fuq is-sit u fuq l-app tagħhom.

L-iskont tal-ewwel ġurnata ġie msejjaħ Summer Sale minħabba li qed joffru skont sa €30 fuq titjiriet bir-ritorn fin-netwerk Ewropew minn April sa Settembru. Dan l-iskont partikolari jibqa’ għaddej sa nofsilejl tal-lejla.

Ryanair appellat lill-pubbliku biex jibqgħu jsegwu l-aġġornamenti fuq is-sit tagħhom fejn qalu li l-aktar tariffi baxxi għat-titjiriet mistennija li jkunu aktar baxxi.