Ġimgħa oħra ma’ Pudinu u sħabu

Julie Pomorski flimkien ma' Pudinu

Mil-lum għat-tfal tibda ġimgħa oħra ta’ Pudinu u Sħabu fuq TVM fl-1010am. Il-programm tal-lum it-Tnejn huwa intitolat Żmien Diffiċli fejn naraw kif Pudinu għandu ħsiebu mtaqqal minħabba li għandu eżami tal-ballet u tal-pjanu, kif ukoll għandu l-privat u anki l-futbol. Kif se jlaħħaq? Matul il-programm jitwassal tagħrif informattiv dwar id-demm. Julie titkellem ukoll ma’ Pudinu dwar l-eżerċiżżju, filwaqt li Marilyn Grima titkellem dwar ikel li għandha nieklu b’mod bilanċjat.

Għada t-Tlieta il-programm se jkun jitratta l-internet. Naraw x’jaħsbu xi tfal bil-kelma ‘internet’. Naraw ukoll kemm it-tfal qed jużaw l-internet u għalxiex qed jużawh. Se naraw ukoll kemm hu imposrtanti l-internet għat-tfal. U x’se jwieġbu meta jiġu mistoqsija jekk jippreferux xi siegħa fuq l-internet jew inkella siegħa fil-kampanja.

Is-suġġett għal nhar l-Erbgħa huwa l-Irbit tat-Teknoloġija. Se naraw ftit mil-logħob li kienu jilagħbu t-tfal fl-antik. Tgħid hemm xi logħba li togħġobkom jew li għadha tintlagħab illum il-ġurnata?

Il-Ħamis il-programm se jitratta l-ħela ta’ ħin. Se naraw xi attivitajiet li nistgħu nagħmlu fil-ħin liberu tagħna u b’hekk ma jkunx ħin moħli!

Il-Ġimgħa il-programm se jitratta Il-Paċi u se naraw fil-fatt lil Pudinu jitgħallem xi tfisser din il-kelma.

Pudinu u Sħabu kien beda jixxandar oriġinarjament f’Jannar 2017. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Media Centre, bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Stefan Bonanno, mużika ta’ Augusto Cardinali u muntaġġ ta’ Sarah Salafia.