Ġimgħa Għawdxija fuq il-Kampus tal-Università

Għat-tielet sena, il-Grupp Universitarji Għawdxin se jorganizza l-Ġimgħa Għawdxija fuq il-kampus tal-Università ta’ Malta. Din se tibda għada u tibqa’ sejra sa nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu.
Matul din il-ġimgħa se jittellgħu numru ta’ attivitajiet li jippromovu t-talent, il-kultura u s-soċjetà Għawdxija. Se jitwaqqfu numru ta’ tined li fihom se jkun hemm wirjiet li jinkludu, arti, ikel u tradizzjonijiet Għawdxin.
Minbarra dawn se jkun hemm lectures, mużika lajv minn artisti Għawdxin u anke dibattitu bejn erba’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Matul il-ġimgħa, għadd ta’ Ministri u l-Kap tal-Opożizzjoni mistenija jżuru din l-attività.