Ġimgħa aktarx bla xita imma jaf iqum ir-riħ

F’Malta bħalissa bosta nies qed igawdu kemm jistgħu t-temp xemxi li qed ikun hemm.

Għalkemm il-bassara tat-temp mhux qed jistennew xita, ir-riħ mistenni jvarja bejn forza tlieta u forza sitta.

Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Għada r-riħ jaf jonfoħ b’qawwa ta’ forza sitta wara li jibda tiela’ minn forza erba’.

Ir-riħ mistenni jikkalma ftit sakemm jerġa’ jilħaq forza ħamsa nhar il-Ħamis.

Din il-ġimgħa t-temperatura mistennija tvarja bejn is-16 u t-18 °C.

Bħal dan iż-żmien fl-2019 kien hemm maltempata qawwija f’Malta.