Giglio kontra li jieħu s-siġġu ta’ Busuttil

Read in English.

L-avukat Joe Giglio qal li ma jaqbilx li għandu jieħu post id-deputat tal-PN Simon Busuttil fil-Parlament permezz ta’ co-option.

Fuq Facebook, Giglio qal li se jkun qed iżid l-involviment tiegħu fil-PN. Però kiteb li “kollox f’ħinu u f’waqtu”. Hu rringrazzja lil dawk li qalulu jieħu rwol aktar attiv fil-politika imma li ma jaqbilx mal-proposta tal-co-option.

“Il-liġi elettorali diġà tistipula l-proċedura f’dawn is-sitwazzjonijiet – trid issir ‘by-election’. Lil hinn mir-raġuni legali, nemmen li co-option toħloq inġustizzja mal-kandidati tad-distrett li ikkontestaw fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali.”

Fl-aħħar jiem segwejt diskussjoni dwar proposta biex jiena jew ħaddiehor niġu 'co-opted' għas-siġġu Parlamentari li se…

Posted by Joe Giglio on Saturday, January 18, 2020

Il-MP tal-PN Simon Busuttil inħatar bħala s-Segretarju Ġenerali tal-grupp tal-EPP fil-Parlament Ewropew. Hu se jkun qed jirreżenja mill-kariga tiegħu bħala MP fil-Parlament Malti.

Busuttil għandu jċedi s-siġġu tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.

Graziella Galea u David Thake diġà qalu li se jkunu qed jikkontesta għas-siġġu ta’ Busuttil.