Gigi Hadid u Zayn Malik jistennew l-ewwel tarbija

gigi-hadid-zayn-malik-gettyimages-612108176

Il-mudella Gigi Hadid u l-kantant Zayn Malik se jkollhom tarbija.

Dan ġie rrappurtat mis-sit Amerikan TMZ, li qal li sorsi qrib tal-familja infurmawhom bl-aħbar.

Jidher li l-mudella għandha 20 ġimgħa tqala. Il-familji taż-żewġ ċelebritajiet huma t-tnejn eċitati ħafna biex jiltaqgħu mat-tarbija.

Ftit tal-jiem ilu, Hadid iċċelebrat għeluq sninha flimkien ma’ Malik, li kien fil-grupp One Direction, u mal-familja tagħha ġo razzett ta’ familtha f’Pennsylvania, fejn il-koppja qiegħda tqatta’ dan iż-żmien ta’ tbegħid soċjali minħabba l-coronavirus.

Huma għadhom ma ħabbrux l-aħbar pubblikament.

Il-koppja ilhom flimkien mill-2015, iżda kienu ħassru fl-2018. Dawn l-aħħar sentejn kien hemm ħafna għajdut dwar jekk reġgħux flimkien. F’Diċembru u f’Jannar li għadda, imbagħad, reġgħu ntlemħu flimkien.