Gigi D’Alessio b’kunċert ieħor f’Malta

Il-kantawtur Taljan Gigi D’Alessio u l-band tiegħu se jagħtu kunċert ieħor f’Malta.
Il-kunċert, li hu parti mill-Malaterra World Tour, se jsir il-Ħadd 17 ta’ April fis-7.30pm fis-sala ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
Gigi D'Alessio beda l-karriera tiegħu kmieni fis-snin disgħin u sar popolari mal-Italja kollha bil-parteċipazzjoni tieghu fil-Festival ta' Sanremo fis-sena 2000 bil-kanzunetta 'Non Dirgli Mai'.
Fost kanzunetti li għamlu lil Gigi D'Alessio popolari nsibu Un Nuovo Bacio, Tu che ne sai, Non mollare mai, Non riattaccare u Il cammino dell' età.
D'Alessio ta kunċert f'Malta fl-2007 u fl-2012 ingħaqad mat-tenur Joseph Calleja fil-kunċert fuq il-Fosos tal-Furjana.
Il-biljetti se jkunu għall-bejgħ mill-llum mis-sit ta' CMC Promotions jew fuq 99821250.